Il-Malti kullimkien isib post
L-Għan ta' dan il-proġett huwa sabiex juri kif l-ilsien Malti huwa kapaċi joqgħod f'kwalunkwe sors ta' medja- speċifikament il-logħob diġitali. Doodle God bil-Malti jista jintuża ukoll għal raġunijiet edukattivi, bħala sors ta' tagħlim dwar kliem bil-Malti li ma tantx jintużaw, imma xorta jeżisti traduzzjoni għalihom.
Hemm fuq 500 kelma li ġiet maqluba bil-Malti permezz ta' bosta dizzjunarji. Kull kelma għandu ritratt sabiex ikun jista' jintfiehem minn kwalunkwe persuna.
Minbarra kliem, għandna abbundanza espressjonijiet! Kull espressjoni għandu it-tifsira miegħu, sabiex tkabbar il-vokabularju.
Hemm madwar 50 pittura, impittra b'stil ta' lapes fuq karta. Kollħa akkumpanjati b'storja qasira.
L-aqwa ħaġa? Bla ħlas! Dan huwa b'xejn, għaliex riżorsi għat-tagħlim u gost hekk għandom ikunu.
Għafas il-buttuna t'hawn taħt u niżżel il-logħba!